

Piccolo Clero AD 1953
Dwarna
L-Għaqda tal-Abbatini tas-Siġġiewi tgħati is-sehem tagħha fil-komunita' Siġġiwija. Filwaqt li tħaddan fiha wieħed mill-akbar numru t'abbatini f'Malta, hija kienet ukoll ta' sors ewlieni ta' vokazzjonijiet saċerdotali fis-Siġġiewi. Fis- snin 2003 u 2013 ġew iċċelebrati għeluq il-ħamsin u is-sittin sena mit-twaqqif ta' din l-Għaqda rispettivament. Dan sar fit-8 ta; Diċembru 1953 minn Mons Franġisku Saverju Mangion. L-Arċisqof Charles Scicluna, iddeskriviha bħala "ġawrha fuq il-kuruna tal-parroċċa tas-Siġġiewi". Din il-website hija pjattaforma ta' komunikazzjoni sabiex inkomplu ngħatu s-sehem tagħna lill-Parroċċa ta' San Nikola u lis-Siġġiwin.
Ritratti
Ftit Ritratti minn matul is-sena...
![]() | ![]() | ![]() | ![]() |
---|---|---|---|
![]() | ![]() |
Id-Dmirijiet

Nattendu għal-laqgħa tas-Sibt.
Nattendu ghall quddies tat-8.00am kull nhar ta' Ħadd.
Ngħamlu s-servizz li jkollna mniżżel fuq il-bulettin.

Il-Fuljett
Matul is-sena jinħargu għadd ta' fuljetti mill-abbatini tas-Siġġewi. Dawn tista tarhom billi tgħafas fuq
waħda mill-buttuni.

Progett Karti
B 'inzjattiva gdida L-Għaqda tal-Abbatini qegħda torganizza kampanja ta’ ġbir ta’ magazines għar-riċiklaċċ. Kull min irid jagħti s-sehem tiegħu f’din l-inizjattiva huwa mitlub biex iħalli l-magazines f’waħda mill-kaxxi li hemm fejn in-noticeboards.tal-knisja.
Dawk il-persuni li jixtiequ jghatul ghajnuna taghhom,nistednuhom jikkunttatjawna.( Id-Dettalji sabiex tikkuntatjawna jinstabu aktar l isfel)


Ikkuntatjana
Hinijiet tal-Laqghat
Kull nhar ta' Sibt bejn l-4.00pm u s-6.00pm.